"Sliem ghalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej mieghek." Hi thawwdet ghal dan il-kliem." Tibzax Marija, inti tkun omm Alla, u ssemmieh Gesu'. Hu jkun kbir, u jkun jissejjah Bin il-gholi." Imbghad qalet Marija,"Ara jiena l-qaddejja tal-Mulej. Ha jsir minni skond kelmtek." Lq 1:26-38

 

Il-Banda tas-Socjeta Filarmonika Marija Annunzjata ta' Hal Balzan.

 

Fil-laqgha ta' importanza kbira u storika tal-Kumitat tas-Socjeta Marija Annunzjata li saret fis-sala tal-Kazin fit-8 ta' Awissu 1993 kien gie deciz li titwaqqaf il-banda tas-Socjeta. Mat-twaqqif tal-banda kien intlahhaq ftehim li is-Socjeta tibdel isimha. Ma setghetx tkompli tisejjah Socjeta Marija Annuzjata izda isimha min dik il-gurnata kien sar Socjeta Filarmonika Marija Annunzjata.

Bhala Surmast tal-Banda intghazel is-Sur Raymond Cremona. Il-lezzjonijiet tal-banda bdew jinghataw mill-1 ta' Ottubru 1993. In-numru ta' bandisti beda jikber u fi ftit gimghat il-banda kellha bandisti li jdoqqu l-istrumenti kollha kollha li titlob banda filarmonika.

Bhalissa fi hdan is-Socjeta Filarmonika Marija Annuzjata, hemm ghadd sabih ta tfal li urew interess fil-muzika u qieghdin jitghallmu bi hgarhom. B’kollox huma hdax il-tifel u t-tifla.

Il-lezzjonijiet tal-banda jsiru gewwa l-kazin tas-Socjeta Filarmonika Marija Annunzjata kull nhar ta' Tlieta mis-sitta 'l quddiem.

Artiklu ta' Gabriel Muscat

 

CD bil-marci brijuzi rrekordjata mill-Banda tas-Socjeta Filarmonika Marija Annunzjata

 

.

Webmaster: Daniel Muscat 

 E-mail: muscdan@onvol.net - socfilmarann@melita.com Tel: 21491723 - 27491723