"Sliem ghalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej mieghek." Hi thawwdet ghal dan il-kliem." Tibzax Marija, inti tkun omm Alla, u ssemmieh Gesu'. Hu jkun kbir, u jkun jissejjah Bin il-gholi." Imbghad qalet Marija,"Ara jiena l-qaddejja tal-Mulej. Ha jsir minni skond kelmtek." Lq 1:26-38

 Last Updated

31 ta' Jannar 2011

Vara titulari ta' Marija Annunzjata

Highlights Festa 2010

Highlights Festa 2009

 

Hal Balzan

 

CD b'marci brijuzi tal-festa 2009

 

31 ta' Jannar - L-ahhar tislima lil Charles Chetcuti

 

 

Naghtu l-ahhar tislima lil Charles Chetcuti li serva ta' Segretarju u President fost karigi ohra gewwa s-Socjeta' Filarmonika Marija Annunzjata, li mar jiltaqa' mal-Padruna taghna nhar il-Gimgha 27 ta' Jannar 2012. L-ahhar tislima ser tinghata ghada t-Tlieta 31 ta' Jannar fil-Knisja Parrokkjali ta' Marija Annunzjata f'Hal Balzan, fit-3.30pm wara corteo bil-banda li jibda fis-2.30pm minn triq il-kbira f'Hal Balzan (in-naha tal-Wied)

 

Grazzi Karlu

17 ta' Gunju - Lejla Maltija

14 ta' Gunju - Titkompla l-hidma b'risq il-festa

Hekk kif il-festa qed tersaq iktar qrib, ix-xoghol qed ikompli ghaddej kemm fit-toroq kif ukoll wara l-kwinti. Illum inbdiet il-hidma fuq sett pavaljuni godda ghall Triq Idmejda miz-zghazagh tac-Centru Zghazagh Balzan, li b'kollaborazzjoni mas-Socjeta Filarmonika Marija Annunzjata ser izejjnu din it-triq b'opri godda tad-drapp.

10 ta' Gunju - Xahar Qabel il-Festa

Bhal lum xahar niccelebraw il-festa ta' Marija Annunzjata gewwa r-rahal taghna ta' Hal Balzan. Il-hidma ghall-din il-festa bdiet miexja sew u t-toroq qed jibdew jiehdu d-dehra tal-festa. Nittamaw li l-Balzanin jigu jiccelebraw din il-festa bi hgarhom.

Update fil-pagna tal-links

 

Ghaqda Stillieri Hal Tarxien - www.stillieritarxien.com

Glenn Copperstone, disinjatur tal-pavaljuni u artist - www.sfumar.webs.com

8 ta' Gunju - Jibda l-armar fit-toroq

Illum ser jibda jintrama l-armar tal-festa li jzejjen it-toroq tar-rahal sabih taghna. Kull ghajnuna hija apprezzata.

7 ta' Gunju - Restawr tal-Kazin

Ftit tal-granet ilu saret manutenzjoni tal-faccata tal-kazin tas-Socjeta' Filarmonika Marija Annunzjata f'Hal Balzan, u nbeda wkoll ix-xoghol ta' restawr fuq gallarija antika, li kienet fi stat ta' deterjorazzjoni. Hemm ukoll progetti ohra li huma b'konnessjoni mal-faccata tal-kazin, pero din ser tibqa' sorpriza ghall-zmien il-festa.

25 ta' Marzu - Festa Liturgika ta' Marija Annunzjata

Dettall mill-vara artistika ta' Marija Annunzjata f'Hal Balzan, mahduma minn Salv.Dimech fl-1868

Update - 1 ta' Dicembru

Idhol membru fil-pagna tas-Socjeta Filarmonika Marija Annunzjata fuq Facebook billi tghafas hawn.

Update - 24 ta' Novembru

Giet mizjuda pagna bil-kuntatti. Ghafas hawn biex tidhol.

Laqgha Generali Annwali - 31 ta' Ottubru

F'din il-laqgha nqara r-rendikont finanzjarju ghas-sena li ghaddiet, issemmew il-miri li ghandom jintlahqu fis-sena li gejja u sabiex jiggwidaw il-kumitat il-gdid. Inqraw in-nomini ghall-kumitat 2010/11 u gew eletti l-membri fil-kumitat il-gdid.

Ghafas hawn biex tara l-membri tal-kumitat 2010/11

Update - 9 ta' Ottubru

Ritratti tal-Festa 2010. Ghafas hawn biex tidhol

Laqgha Annwali generali - Nhar il-Hadd 31 ta' Ottubru.

Update - 3 ta' Ottubru

Update - 3 ta' Ottubru

Wara nuqqas twil ta' updates minhabba problemi teknici, il-website tas-Socjeta Filarmonika Marija Annuzjata regghet qieghda tiffunzjona. Nittamaw li din is-sena jkun iktar possibli li nzommukom aggornati b'dak kollu li jkun qed jigri. Dalwaqt ser ikun hawn ir-ritratti tal-Festa ta' Marija Annunzjata 2010 kif ukoll video bil-highlights tal-festa.

Wallpaper

aghfas fuqu biex tarah ikbar

Updates - 29 ta' Settembru

Ritratti tar-recording tas-CD tal-marci tal-banda 2009. Aghfas hawn.

Links - www.stgabrielbandclub.com

29 ta' Settembru - Festa ta' l-Arakangli

F'Hal Balzan, l-Arkangli Gabriel kif ukoll Mikiel minn dejjem kienu meqjumin. San Gabriel kien il-messaggier t'Alla u habbar lil Marija li kella ssir Omm Alla, u ghalekk dan il-persunagg dahal fit-titular tar-rahal taghna, Marija Annunzjata, filwaqt li San Mikiel minn dejjem kien meqjum. Dan nistghu narawh, billi fil-passat konna nsibu kappella ddedikata lil dan l-Arkanglu, fil-wied ta' Hal Balzan, izda sfortunatament din il-kappella llum m'ghadiex hemm. Id-devozzjoni nistghu narawha wkoll fil-knisja parrokkjali, kemm permezz ta' l-artal iddedikat lil San Mikiel, kif ukoll permezz ta l-istatawa artistika li tinsab fil-kor tas-Salib. Din l-istatwa mahduma mid-ditta Ferdinando Perathoner ta' Bolzano fl-Italja, din is-sena ghalqet il-50 sena taghha gewwa l-knisja taghna.

 

Pavaljuni Godda u tkomplija tal-Bandalori tal-pjazza

Wara s-sett pavaljuni li nhadmu ghall-Triq it-Tlett Knejjes, din is-sena Daniel Muscat flimkien ma' Lina Muscat bdew il-hidma fuq il-pavaljuni ta' Triq Providenza. Fl-istess waqt, Edward Germani qed ikompli l-hidma tieghu fuq is-sett bandalori li qieghed jahdem ghall-Pjazza Bertu Fenech. Aghfas hawn biex tara' iktar ritratti.

23 ta' Settembru 2009 - BBQ fil-kazin

Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk kollha li attendew ghall-din l-attivita li organizzajna, sabiex jingabru fondi ghall-pavaljuni l-godda li qed jinhadmu ghall-Triq il-Providenza. Biex tara' iktar ritratti aghfas hawn.

Launch Ufficjali tas-sit www.kazinmarijannunzjata.com

Illum 24 ta' Settembru giet inawgurata l-website gdida ta' dan il-Kazin. Inhossu li dan huwa mezz importanti hafna sabiex nikkomunikaw man-nies kemm Balzanin, kif ukoll minn barra mir-rahal, sabiex b'hekk inkunu nistghu nigbdu iktar nies lejn l-attivitajiet tal-kazin, kif ukoll lejn il-festa tar-rahal f'gieh Marija Annunzjata.

Webmaster: Daniel Muscat 

 E-mail: muscdan@onvol.net - socfilmarann@melita.com Tel: 21491723 - 27491723

Visitaturi mis-26 ta' Settembru 2009