"Sliem ghalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej mieghek." Hi thawwdet ghal dan il-kliem." Tibzax Marija, inti tkun omm Alla, u ssemmieh Gesu'. Hu jkun kbir, u jkun jissejjah Bin il-gholi." Imbghad qalet Marija,"Ara jiena l-qaddejja tal-Mulej. Ha jsir minni skond kelmtek." Lq 1:26-38

 

Storja tas-Socjeta' mill-1890 sa l-1994

Is-Socjeta’ taghna ffurmat ruhha fl-1890, taht l-isem ta’ “Circolo L’Annunziata” u minn dak iz-zmien ‘l hawn hija ghaddiet minn bosta grajjiet.

L-iskop ewlieni tas-Socjeta’ dejjem kien il-Festa ta’ Marija Annunzjata, u l-membri taghha dejjem kienu jhabirku biex din il-Festa tkun mill-aqwa kemm tista’ tkun f’dak li huwa nar, armar u baned.

Il-membri tas-Socjeta’ kienu wkoll anzjuzi hafna li dejjem ikabbru l-lokal u dejjem ifittxu biex ikunu fic-centru ta’ Hal Balzan. Dawn biddlu l-postijiet biex ikunu ahjar minn fejn kienu sa l-1920, sa meta din is-Socjeta’ kienet unika f’Hal Balzan, u l-iskop ta’ din is-Socjeta’ kien sabiex jghin fil-bzonnijiet materjali tal-Parrocca u fil-Festa Esterna tat-Titular taghna.

Infatti, fl-1890 il-kappillan Dun Giovanni Sarreo li kien ghadu kif lahaq, insista hanfa biex jibda l-invjar u l-iskultura tal-Parrocca u hawn hadmu kemm felhu l-ewlenin membri tas-Socjeta’ taghna li kienu dawn l-imghallmin: Valent Falzon, Valent Muscat, Carmelo Sammut, Pio Ebejer, Valent Debono, Giuseppe Sammut u Pawlu Muscat. Dawn l-imghallmin kienu meghjunin minn zghazagh ohrajn. Dawn kienu jappartjienu fil-kumitat tas-Socjeta’, minn President, Segretarju u Kaxxier wiehed wara l-iehor.

Fil-bidu ta’ l-ezistenza tieghu, il-Kazin kellu President Onorarju lill-avukat V. Frendo Azzopardi u li wara wkoll kien mahtur President tas-Socjeta’ Filarmonika La Vallette. Dan is-Sinjur kien ta’ kull sena jistieden lil din il-Banda biex taghmel programm ghall-Festa taghna u jispicca biex jitratta bi pranzu fis-sala tad-dar tieghu. Wara dan is-Sinjur kellna Presidenti Onorarji lill-wisq nobbli s-Sur Konti Francesco Manduca, lil Kappillan Dun Amabile Sisner, lil Sir Michael Angelo Refalo, President tal-Qorti, il-Magistrat is-Sur William Soler LL.D., l-Onor. Prim Ministru, Chev. In-Nutar Gorg Borg Olivier, LL.D. M.L.A., lill-benefattur tar-rahal taghna l-wisq nobbli Konti Bernardinu Manduca Piscopo Macedonia Zammit, lis-Sur Alber Fenech u lill-Onor. John Dalli fost l-ohrajn.

Il-membri taghna peress li fl-1900 kien sejjer jigi ccelebrat ic-Centinarju ta’ l-Inkarnazzjoni t’ Alla, ma’ kullimkien, u billi dan kien jaffettwa l-misteru tal-Parrocca taghna, kienet saret festa solenni barra ghall-ewwel darba u baqghet issir sal-lum. Hasbu biex izanznu bandalora bl-isem tas-Socjeta’ ta’ “Circolo L’Annunziata Casal Balzan”.

Is-Socjeta’ taghna kellha tghaddi minn dizgrazzja tragika sfortunata u storika li gratilha nhar il-Hamis fit-tmienja ta’ filghaxija, fit-23 ta’ Ottubru 1903, meta f’daqqa wahda tinstema’ spluzjoni qawwija li reghdet mhux biss lir-rahal taghna, izda lil pajjizna wkoll. Ir-rizultat kien li l-kazin waqa’ u mieghu waqghu z-zewgt idjar ta’ magenb il-kazin. Ir-raguni ta’ dan kollu kien li zewg membri li kienu dilettanti tan-nar, dak inhar halltu xi kuluri u allura telghu fuq biex jgharblu ftit u b’hekk ikkumnikat ruhha mat-tubu tal-lampa u minnufih sploda l-kartell mimli bil-kulur u allura tar kollox fl-ajru.

Dak iz-zmien il-kazin kien bieb ma’ bieb mad-dar tal-kappillan tal-lum, li dak iz-zmien kien ir-Rev. Dun Amabile Sisner. F’din id-dizgrazzja kienu sfaw feruti 42 persuna, u minnhom mietu 6 li kienu dawn:  Valent Debono, Toni Falzon, Paolo Muscat, Pio Muscat, Giuseppe Muscat u s-sinjorina Concetta Sisner, oht il-Kappilan, u ftit wara mietet bl-istess kagun Lonza Muscat. Ghal din it-tracedja, is-Socjeta’ Filarmonika La Vallette organizzat gbir flimkien ma’ dak tar-rahal taghna wkoll biex jghinu lill-familji tal-vittmi u ghall-funerali taghhom stess.

Is-Socjeta’ taghna regghet infethet nhar l-ewwel tas-sena 1904 u propju hawn is-Socjeta’ bidlet isimha ghas-“Socjeta’ Marija Annunzjata” kif kien ghadu sa’ l-1994. L-ewwel President wara din id-dizgrazzja kien is-Sur Edwardo Borg u l-ewwel Segretarju kien is-Sur Valentino Callus.

Il-membri taghna dejjem bdew ifittxu post, u daru diversi djar, 225 il-Misrah, 226 il-Misrah, 75 Triq il-Kbira u 83 Triq il-Kbira, sakemm inghazel il-post fejn naraw illum. Mill-ewwel is-Socjeta’ bdiet tahseb biex taghmel sett statwi godda biex jintramaw fil-Festa ta’ Marija Annunzjata u bit-thabrik tal-president taghna is-Sur Edwardo borg l-ewwel ma sar kien il-Papa Leone XIII u mbaghad sar is-sett tal-profeti, li dan iz-zmien sar jintrama fin-naha ta’ fuq tar-rahal mill-Kazin ta’ San Gabriel. Wara x-xoghol ta’ L-istatwi, is-Socjeta’ hasbet biex taghmel disinn ghall-faccata tal-knisja, u dan sar fl-1906 mis-Sur Joseph Gauci.

Fis-sena 1915 is-Socjeta’ taghna rregalat standard li jirraprezenta l-arma ta’ Hal Balzan lill-banda Bilarmonika   La Vallette tal-gharfien fir-relazzjonijiet tajba li dejjem kienu jezistu bejn iz-zewg kazini.

Fis-sena 1917 il-kazin taghna gie organizzat u riformat hafna taht il-kumitat tad-direzzjoni li l-President kien is-Sur Carmelo Gambin, Segretarju is-Sur Alfredo Camilleri u Kaxxier is-sur Luigi Briffa. Saru hafna alterazzjonijiet fil-post li ninsabu fih illum u hekk sar wiehed mill-isbah kazini fl-irhula. Fis-sena 1919 kif spiccat l-ewwel gwerra dinjija, il-kazin taghan ha parti attiva biex isir sett ta’ qniepen godda ghall-Parrocca flok il-qodma billi kien hemm xi whud miksura. Ghalekk gie organizzat kumitat mill-istess membri tal-kazin li kien iffurmat minn dawn is-Sinjuri: President is-Sur Guzeppi Vassallo, Segretarju n-nutar Lwigi Gauci Forno u Kaxxiera kienu tlieta, s-Sur Tomaso Agius Fernandes, is-Sur Lwigi Briffa u s-Sur Salv Pisani.

Fis-sena 1920 billi Malta u Ghawdex xtaqu jiehdu l-awtonomija ta’ Self-Government, gie ffurmat kumitat nazzjonali taht il-promotur Sir Philip Sciberras. Ghalekk il-kazini kollha ta’ Malta gew mitluba biex kull wiehed jibghat zewg delegati halli titlaqqa’ Assemblea Nazzjonali. Id-delegati bhala rapprezentanti tar-rahal taghna kienu z-zewg Sinjuri n-Nutar Lwigi Gauci Forno u Lwigi Briffa li attendew ghall-ewwel laqgha li saret fil-Villa De Piro f’Hal Lija taht il-presidenza tal-Professur  Lwigi Preziosi.

Fis-sena 1921 saret fiera f’San Anton b’riq il-qniepen il-godda u l-membri taghna hadmu ghadd ta gugarelli u ghenu bl-ahjar mod li setghu.

Fl-1922 is-Socjeta’ hatret lill-Kappillan Dun Amabile Sisner bhala President  Onorarju u fl-istess sena s-Socjeta’ taghna laqghet lill-Eccellenza Reverendissima Mons. Isqof Mawru Caruana flimkien mal-Kappillan akkumanjat mill-kleru fejn sarilhom trattament mill-kumitat u mill-membri tas-Socjeta’.

Fis-17 ta’ Gunju 1923, il-kumitat beda jaghmel it-teatrin fil-kazin b’rizq il-qniepen il-godda u wkoll xi fiera. Fis-26 ta’ Awissu, is-Socjeta’ ghamlet trattament ad unur tal-Kappillan il-gdid Dun Francesco Saverio Zahra.

Fis-sena 1928 is-Socjeta’ taghna zanznet bandalora gdida bl-isem ta’ “Marija Annunzjata” u bl-arma ta’ Hal Balzan irrakmata bid-deheb u mahduma mis-Sinjorina Rozina Micallef minn B’Kara fuq disinn ta’ l-imghallem Giuseppe Vassallo fi zmien il-President Carmelo Muscat u s-Segretarju Carmelo Pisani.

Fi zmien il-president Carmelo Muscat inzammet seduta fit-13 ta’ Ottubru 1929, fejn giet mghoddija li johorgu kontribuzzjoni biex isir Evangelista fuq il-pedestall tal-vara ta’ Marija Annunzjata bil-kundizzjoni li ssir iskrizzjoni ta’ l-isem tas-Socjeta’ taht l-Evangelista.

Fis-sena 1936 is-Socjeta’ giet onorata bil-prezenza ta’ l-Eccellenza tieghu, il-Gvernatur Sir Charles Bomham Carter. Huwa gie milguqh mill-President is-Sur Carmelo Muscat fejn ghamillu indirizz ta’ merhba, imbghad l-Eccellenza tieghu rringrazzja lis-Socjeta’ tat-trattament li ghamlitlu u bhala tifkira tieghu pprezentalna ritratt tieghu.

 

Fl-1940 is-Socjeta’ taghna ghamlet il-parti taghha wkoll fl-ahhar gwerra billi laqghet evakwati fih ta’ tliet familji mill-Belt, mill-Marsa u mill-Birgu u ghamlitha wkoll ta’ ufficcju ta’ l-informazzjoni li kien jiehu hsieb l-ex kaxxier Pietru Fenech.

Fl-1944 il-kazin taghna kellu x-xorti wkoll li jilqa’ fis-sala ghal tlett ijiem shah ix-xabla tal-fidda li giet irregalata lill-Gvernatur Lord Gord mill-Professur Philip Farrugia fit-12 ta’ Marzu fil-pjazza ta’ Haz-Zebbug quddiem ir-rapprezentanti tal-kazini ta’ Malta kollha li kkontribwew ghal dan l-iskop ghall-qlubija li wera mal-gzira taghna fl-eqqel tal-gwerra. Din ix-xabla giet ipprezentata fil-kazin taghna wara li marret fi rhula ohra biex kull min ried seta’ jaraha u responsabbli u guranti taghha kien is-Segretarju s-Sur Lwigi Briffa li ta’ kull filghaxija kien jirtiraha d-dar tieghu.

Fl-1945 il-membri kienu mgharrfa li kien hemm xi kwistjoni fuq il-kera u ghalekk il-kumitat wera lill-membri x’kien sar fil-kazin minn meta dahlu f’dan il-post minn April 1919. Il-kumitat flimkien mal-membri hadmu kemm felhu biex jaraw il-kazin irrangat minhabba li kien fi stat hazin. Huma rrangaw bejn is-sena 1920 u l-1927. F’dan iz-zmien sar il-madum t’isfel, l-appramorta, kancell fil-bitha, kumnikazzjoni mal-post bl-elettriku u tibjid, u b’hekk is-Socjeta kompliet miexja.

Fl-14 ta’ April 1946, Fil-festa ta’ Marija Annunzjata, l-kazin taghna semma’ ghall-ewwel darba f’Hal Balzan l-innu ta’ tifhir lil Marija Annunzjata ta’ Wigi Briffa kantat mit-tfal tal-parrocca flimkien mat-tenur u baxx akkumpanjati mill-banda Duke of Cannought ta’ B’Kara. Il-kliem kien tar-Rev. Monsinjur Prof. D. Carm. Psaila u muzika tas-surmast Giuseppe Schembri.

Fl-1947 is-Socjeta’ taghna rregalat zewg crieket tad-deheb li gew stmati ghall 14-il lira sterlina, bhala rihal ghall-qanpiena l-gdida tal-parrocca.

Fl-1948 is-Socjeta’ hasbet biex tirrestawra l-istatwa tal-Papa Leona XIII u gie misbuh minn membru ta’ l-istess Socjeta’ s-Sur Pawlu Chetcuti. Fl-1949 il-kumitat organizza ghadd ta’ konferenzi religjuzi u socjali t ta rigal lill-Kappillan Francesco Zahra li wara li qeda dmiu ghal 27 senda f’din il-Parrocca lahaq Monsinjur.

Fid-29 ta’ Jannar 1950 il-kumitat iddecieda li jaghti rigal xieraq lill-Kappillan il-gdid Dun Guzepp Minuti u fl-istess sena l-kumitat zanzan opra ohra ghall-festa ta’ Marija Annunzjata, b’cable gdid, u fl-istess sena wkoll is-Socjeta’ giet onorata bil-prezenza ta’ l-Eccellenza Tieghu l-Gvernatur Sir Gerald Creasy K.C.M.G., O.B.E., nhar it-23 ta’ Novembru fejn gie milqugh mill-President is-Sur Albert Fenech. Il-President ghamel indirizz mill-isbah u fakkar li fis-Socjeta’ taghna gew zewg Gvernaturi ohra, l-ewwel wiehed li kien gie, kien l-Eccellenza Tieghu Sir Charles Boham Carter, fid-19 ta’ Lulju 1936 u l-iehor kien l-Eccellenza Tieghu Field Marshall Lord Gort, fit-13 ta’ Lulju 1944, imbghad irrisponda l-Gvernatur li fost hwejjeg ohra qal li hu ha pjacir b’din il-laqgha li saritlu.

Fis-sena 1951 inxtraw sett pilandri biex jintramaw fil-festa, mis-Sur Oreste Brincat u sarulhom sett vazi godda u gew mizbughin minn Valent Chetcuti, Carmelo Callus u Guzeppi Calleja.

Fl-1953 is-Socjeta’ taghna laqghet bil-ferha z-zjara tar-Regina Elizabbetta, izjed u izjed malli ntqal li ser tghaddi mit-Triq il-Kbira ghall-pjazza minn hdejn il-kazin taghna u tibqa’ sejra minn Triq Idmejda ghall-Palazz ta’ San Anton. B’hekk is-Socjeta’ taghna hadet parti attiva ghal din l-okkazjoni billi ramat it-toroq minn fejn ghaddiet ir-Regina kif ukoll il-faccata tal-kazin.

Fis-sena 1954 saret opra sabiha hafna ghas-Socjeta’. Din kienet bandiera gdida bl-arma ta’ Marija Annunzjata u giet mahduma gewwa l-ingilterra u fl-istess sena sar trattament lill-Kappillan il-gdid Dun Carmelo Sciberras u gie pprezentat Missall mill-President tas-Socjeta’ s-Sur Valentino Borg, assistit mis-Segretarju Carmelo Chetcuti u l-Kaxxier Joseph Pullicino u fl-istess sena wkoll gie mahtur Direttur Spiritwali tas-Socjeta’ Dun Giovanni Zammit Hammet.

Fis-sena 1955 is-Socjeta’ kkontribwiet is-somma ta’ 5 liri sterlini ghall-opra tal-pittura. F’din is-sena wkoll gew mizbugha l-pelandri mid-dilettanti tal-festa, Pawlu Grima, Angelo Ellul, Charles Chetcuti, Joe Falzon, Paul Chetcuti u Spiru Vella. F’dan iz-zmien ukoll insibu li s-Socjeta’ kient torganizza t-teatrin fil-bitha tal-kazin u ghal dan l-iskop kien inhatar direttur is-Sur Alipo Sammut.

Fil-15 ta’ Settembru 1957 saret seduta generali biex niddeciedu x’ghotja kellha tinghata lill-Kappillan Dun Carmelo Sciberras ghas-sala parrokkjali u f’din is-seduta gie deciz li tinghata d-donazzjoni ta’ 20 lira sterlina.

Fl-1959 insibu zewg okkazjonijiet, wahda f’Novembru meta giet iffurmata l-fratellanza tad-Duluri fl-okkazjoni meta giet indurata l-bradella l-gdida. F’dik l-okkazjoni kienu l-membri tal-kazin taghna li refghu ghall-ewwel darba din l-istatwa fil-purcissjoni. Il-ftehim kien li jerfghu darba kull wiehed il-membri taz-zewg kazini, izda l-kazin taghna kburi li misset lil-membri tal-kazin taghna biex jerfghu l-ewwel darba. Fl-istess sena nhar it-13 ta’ Dicembru fil-parrocca taghna kien hawn il-festa ta’ l-istatwa l-gdida ta’ San Mikiel. Ghal din l-okkazjoni kien hawn l-Eccellenza Tieghu Mons. Arcisqof Sir Micheal Gonzi, li bierek din l-istatwa u li wara daret processjonalment mar-rahal. Wara din il-festa, l-Eccellenza tieghu zar il-kazin taghna flimkien mal-Kleru. F’din l-okkazjoni gie milqugh b’entuzjazmu mill-kumitat u mill-membri tas-Socjeta’. Ghal din l-okkazjoni l-President is-sur Pawlu Grima qara indirizz lill-Arcisqof fejn fost hwejjeg ohra qal li l-kazin taghna dejjem wera lealta’, imhabba u devozzjoni lejn l-Awtorita’ Ekklezjastika kif jitlob id-dover minna, tant bhala Nsara kemm bhala wlied denji ta’ dan l-isem ta’ Marija Annunzjata. Il-President kompla jghid “Nixtiequ wkoll li f’din l-okkazjoni nikkonslaw xi ftit il-Qalb Paterna Tieghek”. Wara l-vici segretarju s-Sur Victor Bartolo pprezenta kallotra gdida biex ta’ l-Arcisqof tigi kkonservata fis-socjeta’ taghna. Wara mbghad l-Arcisqof irrisponda ghall-indirizz tal-President, fejn wera kemm ha pjacir bil-laqgha li saritlu u wissa specjalment liz-zghazagh tas-Socjeta’ biex joqghodu attenti mill-perikli li l-Gzira taghna ghaddejja minnhom. L-Arcisqof gie interrot kemm il-dabra minnhabba c-capcip tan-nies u wara saret bibita u gie mdawwar mal-kazin fost sparar u l-entuzjazmu tal-poplu. Is-Segretarju Charles Chetcuti ma hax sehem f’din l-okkazjoni ghax kien f’kors ta’ studju fl-Ingilterra.

Fl-1960 il-kumitat ghamel it-toqob ta’ l-armar tal-festa tal-concrete fil-pjaza u fi Triq il-Kbira u zanzan l-ewwel tmien bandalori godda fi Triq il-Kbira fuq disinn u tifsil tal-President Pawlu Grima u gew mehjutin mill-hajjat Giuseppi Falzon. Fl-istess sena il-kazin taghna rcieva zerg tazzi bhala tifhir ghan-nar li rnexxa, li gie mahdum mid-dilettanti ta’ l-istess Socjeta’ taht it-tmexxija ta’ Ganni Falzon u t-tazzi gew irregalati minn Dr. Albert Borg Olivier de Puget.

Il-Hadd 8 ta’ Ottubru 1961 is-Socjeta’ taghna giet ikkonsagrata b’solennita’ kbira lill-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu’ u lill-Qalb bla Tebgha ta’ Marija kif ukoll sar it-tberik tal-kappella l-gdida fil-kazin taghna. In-nies attendew bi hgarhom ghall din l-attivita’, avolja ftit qabel kienet xita rxiex. Din il-folla laqghet lill-Arcisqof bl-ghajjat u c-capcip taghha, f’dimostrazzjoni li saret f’din l-okkazjoni  bil-marci ferrieha mill-banda nazzjonali La Vallette. X’hin il-banda waslet fil-misrah quddiem il-kazin taghna hija fethet il-programm taghha u l-President is-Sur Pawlu Grima ghamel diskors mill-isbah fejn qara dan l-indirizz:

“Eccellenza Reverendissima, wisq Reverendu Kappillan u Kleru. Sinjuri, rapprezentanti tal-ghaqdiet u poplu prezenti. Il-lum is-Socjeta’ taghna qieghda taghmel il-konsagrazzjoni solenni taghha lill-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu’ u l-Qalb bla Tebgha ta’ Marija kif ukoll it-tberik tal-kappella l-gdida fil-kazin. Ahna wkoll illum inhossuna tassew kburin, ghaliex ghal din l-okkazjoni straordinarja ghandna fostna l-akbar awtorita’ tal-Knisja f’Malta, lill-Arcisqof taghna, Monsinjur Michael Gonzi, li fost il-hafna mpenji li ghandu, gentilment accetta li jigi jaghmel personalment dawn iz-zewg cerimonji. Inhossuna ferhanin il-ghaliex ghandna maghna r-rapprezentanti tas-socjetajiet kollha religjuzi u profani tal-Parrocca li accettaw l-istedina li jippartecipaw fil-ferh taghna f’din l-okkazjoni. Din il-festa ilha mixtieqa hafna u fl-ahhar waslet, ghax inhossu tassew li hija haga sabiha li Socjeta’ mibnija fuq l-imhabba tar-religjon tikkonsagra lilha nfisha lill-Qlub ta’ Gesu’ u ta’ Marija. Is-Socjeta’ taghna twaqqfet fl-1890 u dejjem ghenet f’kull bzonn tal-parrocca bhalma jistghu jixhdu l-membri taghna u fuq kollox il-mahbub Kappillan taghna li jafu lkoll li ahna kkontribwejna tant ghas-sala parrokkjali li tista’ tghid li waslet fit-tmiem taghha bl-insistenza tal-Kappillan kemm ukoll ghall-pittura li biha qieghdin inzejnu l-knisja taghna. Ahna ghandna sehem fil-festa esterna ta’ Marija Annunzjata patruna tal-parrocca, billi niehdu hsieb narmaw it-triqat assenjati lilna u nahsbu ghall-parti min-nar. Infittxu wkoll li s-Socjeta’ taghna tiehu sehem f’attivitajiet sportivi biex hekk l-isem ta’ Hal blazan jinzamm dejjem fil-gholi. Illum jiena nhossni kburi li wara li ili naqdi lis-Socjeta’ fil-kumitat sa mill-1954 kelli nkun jien l-President tal-kumitat li tant hadem biex jorganizza din l-okkazjoni li zgur ma tintesa qatt. Irrid niehu din l-okkazjoni biex nirringrazzja pubblikametn lil shabi al-kumitat, kif ukoll lill-membri, u anki lil dawk li m’humiex, ghas-sagrificcju li ghamlu biex din il-festa tirnexxi , nixtieq naghmel appell biex dawk li ghandhom ghal qalbhom il-festa ta’ Marija Annunzjata u l-gid tal-pajjiz, jinghaqdu maghna fis-Socjeta’ taghna halli flimkien inwettqu l-pjan ta’ hidmiet li minn dejjem ghamilna u li bi hsiebna nkattru ghal quddiem. Fl-ahharnett, u fuq kollox, ippermettili Eccellenza Reverendissima li nirringrazzjak f’ismi , f’isem il-kumitat u s-Socjeta’ taghna kif ukoll f’isem il-poplu kollu ta’ Hal Balzan li gejt hawn fostna llejla biex tkabbar bla qies din l-okkazjoni tant solenni ghalina. Fik ahna naraw l-Awtorita’ ta’ Kristu stess u lill-Persuna l-aktar meqjusa Tieghek, irridu naghtu kull gieh u nwieghduk li Hal Balzan bhalma kien minn dejjem, jibqa’ maghqud mal-Knisja hekk hu wkoll illum jibqa’ ghal dejjem, u nitolbuk bl-umilta’ kollha li taccetta din l-offerta fqira taghna li tikkonsisti f’cheque u li nhallu fi hsieb l-Eccellenza Tieghek biex tuzah fejn jidhirlek li hemm l-aktar bzonn u f’dawn il-fjuri nitolbok tara s-sentimenti l-aktar sbieh ta’ mhabba u qima lejn il-persuna veneranda tieghek u ta’ farag fis-sieghat ta’ niket li r-religjon taghna ghaddejja minnhom bhalissa f’Malta. U intkom gheziez huti Balzanin ahilfu quddiem il-Mulej li tibqghu dejjem fidili lejn dak kollu li hu l-aktar ghall-qalb ta’ kull Malti Kattoliku li tibqghu tghozzu l-Knisja ta’ Kristu li tibqghu tirrispettaw lir-Rapprezentaturi ta’ Kristu f’pajjizna. Ejjew b’qalb wahda nghajjtu flimkien: Viva Monsinjur Arcisqof.”

Kif il-President spicca dan l-indirizz, gew ipprezentati lilu biex jghaddihom lis-Socjeta’ tliet trophies. L-ewwel wahda mis-Sur France Spiteri ghan-nom tad-dilettanti tan-nar, it-tieni mis-Sur John Spiteri ghan-nom tal-football team, Balzan Eagle u t-tielet mis-Sur Spiridione Vella ghan-nom tad-dilettanti tal-festa. Wara mbaghad il-President tal-banda nazzjonali La Vallette, in-Nutar Gorg Borg Olivier LL.D., ipprezenta standard bl-arma tal-Madonna ghan-nom ta’ l-ammiraturi tal-banda nazzjonali La Vallette lis-Socjeta’ Marija Annunzjata bhala gharfien tar-relazzjoni tajba li kienet tezisti bejn iz-zewg socjetajiet. Imbghad l-Eccellenza Tieghu Monsinjur Arcisqof Micheal Gonzi, bierek dawn ir-rigali u f’diskors qasir li hu ghamel, irringrazzja l-ewwelnett lill-President tas-Socjeta’, Pawlu Grima, ghad-donazzjoni sabiha ta’ cheque li l-kumitat tieghu ghogbu jirregalalu, u li hu qal li kien bi hsiebu jghin bihom lin-nies bla xoghol. Din l-idea ntghogbot hafna mil-kumitat ghaliex b’hekk setghu jaraw il-gid li kien se johrog mid-donazzjoni li huma offrewlu. Wara l-Eccellenza Tieghu, dahal fil-kazin biex hemm jaghmel iz-zewg cerimonji tat-tberik tal-kappella l-gdida u tal-konsagrazzjoni tal-Qlub ta’ Gesu’ u ta’ Marija. Wara li tlestiet ic-cerimonja, sar repo b’kull min kien prezenti u iktar tard l-Eccellenza halla r-rahal fost sparar u capcip.

Fis-sena 1962 fil-festa tal-Lunzjata il-kazin taghna zanzan l-ghaxar bandalori l-godda, li jkomplu mas-sett ta’ tmienja ta’ qabel u f’din is-sena wkoll xtrajna sett pilandri u gew imsewwija u mizbugha mid-dilettanti tas-socjeta’ u li ntramaw ghall-ewwel darba fl-istess sena fi Triq it-Tlett Knejjes u Triq il-Providenza. F’din is-sena il-membri tas-Socjeta’ attendew ghat-tberik tas-sala Parrokkjali, Aurora, mill-Eccellenza Tieghu Monsinjur Arcisqof Micheal Gonzi nhar is-6 ta’ Mejju. Nhar il-Hadd 3 ta’ Gunju kien organizzat Social Evening mill-isbah ad unur tal-Presidenti Onorarji tas-Socjeta’. Ghal dan is-social kienu prezenti t-tliet Presidenti Onorarji: L-Onor. Prim Ministru, in-Nutar Gorg Borg Olivier LL.D., M.L.A., il-wisq Nobbli Konti Bernardinu Manduca Piscopo Macedonia Zammit, u s-Sur Albert Fenech, il-Wisq Reverendu Kanonku Kappillan Dun Carm Sciberras u l-Kleru, l-Onor. In-Nutar Joseph Spiteri, Ministru tax-Xoghlijiet Pubblici, M.L.A., l-Onor Ministru tas-Sahha, Dr. Paolo Borg Olivier M.L.A., rapprezentanti tas-socjetajiet ta’ Hal Balzan flimkien mal-membri tas-Socjeta’. Ghal din l-okkazjoni l-President tas-Socjeta’ ghamel indirizz u l-Onorevoli Prim Ministru rrisponda ghad-diskors fejn wera li hu kien onorat li kien mahtur President Onorarju ta’ din is-Socjeta’ ghaliex hu minn dejjem kellu lil Hal Balzan ghall-qalbu ghaliex kien ghamel zmien joqghod hawn u ghad baqalu xi familjari joqghodu hawn. Wara kien ipprezentat bukket fjuri lis-sinjura tieghu u nfetah ir-repo mill-Onor. Prim Ministru.

Is-Socjeta’ taghna giet onorata wkoll ghall-ftuh ufficjali tas-Sezzjoni taz-Zghazagh Haddiema Nsara f’Hal Balzan nhar it-28 t’ April ta’ l-istess sena. Is-Socjeta’ taghna kienet irrapprezentata mill-President Pawlu Grima u s-Segretarju Charles Chetcuti. Aktar tard fl-istess sena is-Socjeta’ Marija Annunzjata regghet giet onorata bi stedina ohra, din id-darba mill-Kazin tal-Banda San Gabriel ta’ Hal Balzan ghall-prezentazzjoni ta’ zewg standarti, wiehed bil-kuluri Amerikan u l-iehor ta’ Detroit. Id-delegazzjoni tas-Socjeta’ taghna kienet komposta mill-President is-Sur Pawlu Grima, Assistent Tezorier is-Sur John Spiteri u membru s-Sur France Spiteri.

Fl-1965 inhatar kumitat gdid, li quddiemu kellu bicca xoghol iebsa ta’ zewg festi, u ghaldaqstant il-Kumitat mill-ewwel beda jahdem bla nifs biex jirranga u jizba’ l-Kazin. Sar ukoll paviment gdid tal-bitha bil-madum u saru affarijiet ohra li riedu jitlestew ghall-okkazjoni tac-celebrazzjonijiet ta’ gheluq il-75 sena. Dawn ic-celebrazzjonijiet bdew fid-2 ta’ Mejju, fejn is-Socjeta’ kkommemorat dan l-anniversarju b’festi li kienu jixirqu ghall-din l-okkazjoni. Ghal din il-festa kien prezenti L-Onor. Prim Ministru Gorg Borg Olivier kif ukoll l-Eccellenza Tieghu Mons Arcisqof Michael Gonzi u l-poplu Balzani. Fost il-hafna attivitajiet kien hemm nar, armar, baned, festini ghat-tfal u ghall-membri. Dawn l-attivitajiet ghalqu b’quddiesa b’suffragju ghall-membri tas-Socjeta. Kienet inawgurata lapida mill-Prim Ministru u tbierket mill-Monsinjur Arcisqof.

Fit-22 ta’ Awissu ta’ l-istess sena, is-Socjeta’ taghna kienet mistiedna mid-Duke of Connaught Own Band ghall-okkazjoni ta’ l-gheluq tal-mitt sena mit-twaqqif taghha.

Fis-26 ta’ Settembru ta’ l-istess sena, s-Socjeta’ hadet sehem fl-attivitajiet organizzati f’Jum il-Kappillan tal- Parrocca, ir-Rev Kan. Kappillan dun Carm Sciberras flimkien mal-ghaqdiet kollha tal-parrocca.

Fl-4 ta’ Marzu ta’ l-1969 is-Socjeta’ Marija Annunzjata laqghet l-istedina ghall-festa li kienet organizzata ghall-festa ta’ gheluq il-50 sena tal-Banda St Elena ta’ B’Kara. Kienu prezenti ghal din l-okkazjoni l-President Pawlu Grima u s-Segretarju Charles Chetcuti.

Fit-18 ta’ Ottubru, il-Kazin tal-Banda San Gabriel ghalaq 50 sena, u ghalekk is-Socjeta’ taghna kienu mistednin ghall-attivitajiet li organizza dan il-kazin go Hal Balzan stess. Is-Socjeta’ taghna accettat din l-istedina bi hgara u attendew l-President u l-Assistent Kaxxier.

Fis-sena 1974 gie deciz miz-zewg kazini li l-festa ghanda tibda ssir fit-tieni Hadd ta’ Lulju, ghaliex iz-zmien li kienet issir fih kien dejjem jinzerta bil-maltemp. Ghall-festa ta’ din is-sena saru xi pavaljuni u saret ukoll kuruna li nhadment minn Charles Grima meghjun minn membri tal-kazin, li ntramat fi triq il-kbira. Din is-sena wkoll is-Socjeta’ hatret President Onorarju lill-Kavallier Oscar Calleja Urry K.S.G. A.R.S.H.

Fis-sena ta’ wara, fl-1975 inhalqet il-Kumissjoni Pittura, li ltaqghet ghall-ewwel darba fil-Kazin Marija Annunzjata bejn ir-rapprezentanti taz-zewg kazini. Ic-Chairman kien is-Sur Nicholas Bonello u s-Segretarju s-Sur Guido Borg. Ghall-kazin taghna kienu prezenti  l-President Pawlu Grima, is-Segretarju Charles Chetcuti u l-Kaxxier Paul Camilleri. Wara xi diskussjonijiet li saru bejn il-membri, sar qbil bejn iz-zewg kazini flimkien mal-Kummissjoni Pittura, biex jiltaqghu mal-Kappillan halli jinghazel il-Kumitat tal-Pittura, naturalment jekk il-Kappillan jaccetta li jitwaqqaf dan il-kumitat.

F’din is-sena wkoll tlestew il-bandalori tal-pjazza u ta’ Triq Idmejda fuq l-istess disinn ta’ Pawlu Grima, u sena wara tlestew il-pavaljuni ta’ Triq it-Tlett Knejjes u Triq il-Providenza. Il-flus ghal dan is-sett ingabru minghand in-nies ta’ dawn it-toroq permezz ta’ Alfred Barbara.

Fl-1977 il-kumitat haseb sabiex jigi rrestawrat l-armar, u ghalekk inzebghu l-antaljoli kollha u tlestew il-labardi kollha li kien jonqos, u nxtraw ukoll xi cables godda. Dan kollu sar mid-dilettanti, Charles Chetcuti, Sunny Mallia, Spiridione Vella, Edgar Zarb, Mario Pullicino u Charles Borg. F’dik is-sena wkoll tlestew il-pavaljuni ta’ Triq Idmejda, u ghalekk kien lest is-sett kollu, grazzi ghall-President Pawlu Grima li ghamel dan kollu fuq disinn tieghu minghir hlas. F’dik is-sena wkoll saret liedna gdida tal-plastic, u ghalekk din setghet tibqa tintuza fis-snin ta’ wara .

Din is-Socjeta’ bdiet taghmel ukoll in-nar ta’ l-art fis-sena’ 1979 hdejn il-playing field, li dam ghaddej sas-sena 1988 u kien mahdum mid-dilettant John Azzopardi u mghejjun minn Mario Pullicino u shabhom. Fl-istess sena il-Kappillan Dun Karm Sciberras ghalaq 25 sena Kappillan f’din il-parrocca. Is-Socjeta’ hadet sehem fic-cerimonja tal-quddiesa kif ukoll fir-riceviment mill-President Pawlu Grima, is-Segretarju Charles Chetcuti u minn Victor Bartolo, Sunny Mallia u Spiridione Vella.

Fis-sena 1980 izzanzan disinn tad-dawl ghal mal-faccata, li kien bid-dawl jimxi u fih kien hemm in-‘Nome di Maria’. Dan ix-xoghol sar minn John Grech meghjun minn ibnu George u dan ix-xoghol sar minghir hlas.

F’din is-sena, il-festa kienet giet posposta minhabba d-decizjoni li l-pulizija kienu hadu, ghaliex irtiraw il-permessi tan-nar. Il-poplu Balzani kien hadha bi kbira peress li kien diga’ beda jiccelebra l-festa permezz ta’ zewg marci brijuzi mill-banda tar-rahal San Gabriel u mill-Banda 12th May ta’ Haz-Zebbug. Lejliet il-festa , iz-zewg kazini ddecidew li jwaqqfu l-festi esterni kollha nkluzi l-baned u l-illuminazzjoniji. Bhala turija li l-fesa m’hix ser issir tnizzlu l-bnadar minn fuq il-Kazini, izda l-funzjonijiet fil-knisja saru regolarment. Il-poplu Balzani kien unanimu u maghqud mad-decizjoni li hadu z-zewg kazini.

Fl-20 ta’ Ottubru ta’ din is-sena, messna n-niket tal-President Onorarju taghna l-Onorevoli Dr. Gorg Borg Olivier u ghalekk is-Socjeta’ taghna hasbet ghas-suffragju ta’ ruhu billi f’gheluq ix-xahar, 29 ta’ Novembru 1980 kienet ikkoncelebrat quddiesa mill-Kappillan tal-Parrocca u li kien meghjun mid-Direttur Spiritwali tas-Socjeta’, filwaqt li l-offertorju kien offrut mill-President Pawlu Grima, mis-Segretarju Charles Chetcuti, mill-Onorevoli Dr. Joe Fenech, il-Konsulent Legali tas-Socjeta’ u mis-Sur Sunny Mallia. Ghal din il-quddies attendew il-familjari tieghu, il-membri  tas-Socjeta’ flimkien ma’ kwantita’ kbira ta’ nies minn Hal Balzan.

Fis-7 ta’ Novembru 1981, fir-rahal taghna lahaq Kappillan gdid Dun Tarcisio Delicata. Is-Socjeta’ taghna ghamlet riceviment ghall-okkazjoni fil-kazin, li ghaliha attenta l-Kleru ta’ Hal Balzan, fosthom Mons. Carmelo Sciberras Ex Kappillan ta’ din il-Parrocca flimkien mal-membri. Il-President ghamel diskors ghall-okkazjoni u wieghed lill-Kappillan l-ghajnuna u ghaqda mieghu f’dak li hu jkollu bzonn u bl-umilta’ kollha talab lill-Kappillan jaccetta rigal li s-Socjeta’ offrietlu b’tifkira ta’ l-okkazjoni.

Fl-1983, is-Socjeta’ taghna kienet irregalata b’casette mis-Sur Joe Vella. Dan il-casette fih il-baned li hadu sehem, dawk ta’ San Guzepp ta’ Hal Ghaxaq, La Vittorja tal-Mellieha u Duke of Connaught ta’ B’Kara. Saru wkoll xi intervisti lill-President Pawlu Grima, lis-Segretarju Charles Chetcuti, lill-Onorevoli Perit Carm Lino Spiteri, President tal-La Vittorja kif ukoll lis-Surmast tad-Duke of Connaught, Andrew Coleiro. Fil-marc ta’ filghodu, li jigi organizzat minn din is-Socjeta’, kien gie rregalat trofew mid-direttur tal-Balzan Stage Amateurs, is-Sur Victor Bartolo f’ismu u f’isem il-kumpanija.

Fis-sena 1984 is-Socjeta’ taghna giet misruqa matul il-lejl tat-2 t’ April. Fost l-affarijiet li nsterqu kien hemm televizjoni tal-kulur. Wara erbat ijiem, il-Pulizija bis-sahha tal-membri tas-Socjeta’ rnexxiela ssib ghand min kien dan it-televizjoni misruq. Il-kawza kienet f’idejn il-Magistrat Farrugia Sacco. Permezz ta’ l-Avukat tas-Socjeta’ Dr. Tonio Borg, sar rikors sabiex jittiehed it-televizjoni lura qabel ma tinghata s-sentenza, minhabba hsarat li seta’ jgarrab, u dan ir-rikors sar quddiem il-Magistrat David Scicluna u kien deciz li jittiehed lura.

Fit-19 ta’ Mejju 1985, is-Socjeta’ taghna laqghet l-istedina sabiex tmur fuq Xandir Malta, waqt programm li xxandar minn San Anton, fejn kienet mistoqsija diversi mistoqsijiet dwar is-Socjeta’. Ghal din l-okkazjoni ttiehdet il-bandalora l-antika. Is-Socjeta’ kienet irraprezentata mil-President is-Sur Pawlu Grima, is-Segretarju Charles Chetcuti, l-Assistent Kaxxier Gabriel Pullicino, Spiridione Vella, Frans Muscat, Tony Caruana u z-zaghzugh Noel Vella.

Fl-1986 ghall-festa tal-Lunzjata, regghu inzebghu l-antaljoli u nhadmet il-liedna tal-plastic ghall-Pjazza. Dan ix-xoghol kollu sar minn Anton Gauci, Noel Vella, Martin Chetcuti, David u Mario Axiaq u ohrajn.

Fl-1987 mess li jigi rrangat il-kazin, u  ghalhekk sar counter tal-friza gdid. Dan inhadem mid-ditta Forestal, u ghal din l-opra taw somma kbira d-ditti Farestal u Farsons. Sar ukoll ftuh ta’ arkata mill-imghallem Ganni Camilleri. Saret ukoll antiporta ta’ l-aluminju li nhadmet minn Anton Gauci. Saru wkoll shutters fiz-zewg arkati tal-bar li nhadmu minn Frans Borg u Joe Borg, kif ukoll madum ghall-bar. Fil-festa ta’ din is-sena zzanznet ukoll iktar liedna tal-plastic fit-toroq, u giet irregelata ajkla bbalzmata lill-kazin mis-Sur Anthony Pisani, u din ingiebet minn Vienna.

Ghall-zmien il-Milied ta’ dik is-sena kien intrama prasepju fil-knisja l-antika tal-Lunzjata. Dan sar bil-hidma tas-Sur Charles Chetcuti flimkien mas-Sur Marco Bartolo. Fost il-poplu li zar din il-wirja, onoraw lis-Socjeta’ taghna bil-prezenza taghhom l-Onorevoli Prim Ministru Dr. Edward Fenech Adami  u l-Onorevoli s-Sur Joe Debono Grech. Fi zmien il-Milied ukoll, is-Socjeta’ organizzat party ghat-tfal ta’ l-istituti. Dan ittella’ bil-hidma tas-Sur Frans Borg u bil-hidma tal-kumitat. Dawn it-tfal ittiehdu l-Buskett ghal-ikla u wara li qaghdu jilghabu xi ftit, ingiebu s-sala Aurora fejn inghaqdu mat-tfal tal-membri biex jaraw farsa imtellgha mill-Balzan Stage Amateurs, films u affarijiet ohra.

Fl-1989, is-Socjeta’ taghna kienet mistiedna mill-Balzan Youths Football Club fl-okkazjoni tar-rinovazzjoni tal-klabb. Is-Socjeta’ laqghet din l-istedina u baghtet lill-President Pawlu Grima u lill-Assistent Kaxxier Charles Cachia. Aktar tard dik is-sena sar ftieghim bejn iz-zewg ghaqdiet, sabiex il-Banda San Gabriel tinzel iddoqq fin-naha t’isfel ukoll fil-marc ta’ l-ahhar tridu u flimkien ghal darb’ohra rajna lill-Banda flimkien mal-kumitat u l-membri jintlaqghu fil-Kazin Marija Annunzjata fost briju ta’ sfafar u musketterija, fejn gie organizzat riceviment. Dan rega’ sar waqt il-marc ta’ filghodu li jkun organizzat mis-Socjeta’ taghna.

Fis-sena 1990, il-kazin taghna ccelebra l-gheluq tal-100 sena bil-kbir. Il-kazin organizza gimgha ta’ festi bejn id-9 u l-15 ta’ Lulju. Dawn il-festi kienu jinkludu celebrazzjonijiet fil-Knisja, nar, armar, banda u ricevimenti organizzati fil-kazin. Ghal dawn l-attivitajiet attendew l-ghola awtoritajiet ta’ Malta, fhosthom Il-President ta’ Malta, it-Tabib Censu Tabone, u l-Arcisqof Guzeppi Mercieqa.

Fl-1994, ittiehdet id-decizjoni li s-Socjeta’ taghna twaqqaf il-Banda taghha, u ghalekk inbidel l-isem tal-kazin u sar, Socjeta’ Filarmonika Marija Annunzjata. L-aktar li hadem sabiex din ix-xewqa ssir realta, kien is-Segretarju Charles Chetcuti, li llum il-gurnata huwa President ta’ din is-Socjeta’.

 

Webmaster: Daniel Muscat 

 E-mail: muscdan@onvol.net - socfilmarann@melita.com Tel: 21491723 - 27491723